Tuesday, June 2, 2026

TIBDA L-ĦIDMA FIR-RABA’ MANDAT KONSEKUTTIV TA’ GVERN LABURISTA

Aqra wkoll

Ir-rebħa li kiseb il-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali kienet waħda li se tibqa’ mnaqqxa fl-istorja ta’ pajjiżna. Qatt qabel fl-istorja ta’ dan il-pajjiż ma kienx hemm partit li ngħata r-raba’ mandat elettorali konsekuttiv. U kien proprju l-Partit Laburista li kiteb l-istorja bir-raba’ rebħa konsekuttiva fl-elezzjoni ġenerali. 

Il-poplu, li huwa sovran, mandat b’saħħtu lill-Prim Ministru Robert Abela biex ikun jista’ jmexxi lil dan il-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin. Il-poplu għażel it-triq tal-kontinwità u huwa rikonoxxenti tal-ħidma mwettqa minn Gvernijiet Laburisti. 

Għalhekk, il-messaġġ li bagħat il-poplu huwa li jixtieq ikompli miexi fit-triq it-tajba li qbadna. Iżda wara din ir-rebħa storika, u wara li lbieraħ Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru, mistennija li tibda l-ħidma ta’ Gvern ġdid biex il-fiduċja li reġa’ ngħata mill-poplu, tissarraf f’aktar u aktar ħidma għan-nies.

Ma setax jonqos li fi triqtu mill-Palazz tal-Gran Mastru lejn il-Pjazza Kastilja, il-Prim Ministu kien akkumpanjat minn ċapċipa kontinwa mill-partitarji Laburisti li nġabru hemm sa minn sigħat qabel. L-għajta li dwiet kienet waħda b’saħħitha ta’ “Robert ! Robert! Ir-raba’ rebħa!”.

Lil hinn minn hekk, jeħtieġ li tingħata iżjed importanza lil dawk li b’xi mod jew ieħor jinsabu mweġġgħa u li baqgħu ma pparteċipawx f’dan il-proċess demokratiku. 

Il-Prim Ministru nnifsu diġa’ ta indikazzjoni li hekk se jkun qed jagħmel bl-umiltà se tkun dik li tikkarratterizza din it-tmexxija. Huwa kien ċar ukoll fi kliemu meta indirizza lill-eluf ta’ partitarji li l-Ħadd inġabru quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista u fuq il-Fosos wara r-rebħa Laburista. Nemmnu li għandha titkompla l-ħidma fi spirtu ta’ għaqda nazzjonali sabiex b’hekk ikompli jinħoloq iktar ġid għal pajjiżna.

Fuq kollox din il-ħidma se jkollha bħala l-bażi tagħha l-manifest elettorali “Int Malta”. Manifest mimli miżuri li huwa mibni fuq l-ideat tan-nies u huwa għan-nies. B’hekk ikomplu jinġiebu aktar bidliet pożittivi għal kulħadd.

Nemmnu wkoll li mal-mixja tiegħu lejn Kastilja, il-Prim Ministru ma kienx għaddej biss minn maġenb partitarji Laburisti, imma minn maġenb persuni li ħajjithom tjiebet b’deċiżjonijiet li hu kellu jieħu f’dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport