Friday, March 29, 2024

IR-RUĦ SOĊJALI TAL-BAĠIT LI JMISS

Aqra wkoll

Waqt il-laqgħa ta’ konsultazzjoni qabel il-budget 2022, nhar il-Erbgħa li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq fuq il-premessa li fit-tfassil tal-baġit ‘ħadna deċiżjonijiet biex inwieżnu lill-batut.” Tassew d-dokument ta’ qabel il-baġit ppreżentat mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol huwa indikattiv ta’ kemm dak li ser jiġi mħabbar nhar il-11 ta’ Ottubru li ġej huwa msejjes fuq il-prinċipju tar-ruħ soċjali u ser jfassal l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna.  

Mhix koinċidenza li t-tema tal-konsultazzjoni għall-Baġit għas-sena 2022 ddur mal-mistoqsija “X’Pajjiż Tixtieq Tħalli lil Uliedek?”. Domanda peritinenti ħafna għax l-ebda gvern ma jista’ jiggarantixxi futur sostenibbli lil pajjiżu jekk ma jħarisx iż-żgħir, jekk ma jkabbarx l-faxxa medja, jekk ma jħarisx id-dritt ta’ ambjent san, u jekk ma jinċentivax il-prinċipju ta’ sostenibiltà. Dan għax ir-ruħ soċjali timxi pari passu mal-iżvilupp ekonomiku, infrastrutturali, kulturali u soċjali ta’ pajjiż. 

“Il-baġit li jmiss huwa konferma li l-aspett soċjali għadu u jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tiegħu”

Ray Abela

It-tema tal-konsultazzjoni għall-Baġit għas-Sena 2022 hija pertinenti ukoll fil-kuntest ta’ dak li sar fuq livell soċjali minn Gvern Laburista tul dawn l-aħħar tminn snin fejn introduċa skemi tal-making work pay, ic-‘child care’ b’xejn u “in-New Hope Guarantee”. It-tema hija pertinenti ukoll fil-kuntest ta’ dak li sar tul il-Pandemija COVID19 fosthom; il-Covid Wage Suppliment, il-pjan ta’ riġenerazzjoni, il-vawċers, ir-roħs fil-prezz tal-fjuwil, l-inċentiv fuq il-kontijiet tal-enerġija tan-negozji u traħħist tat-taxxa tal-bejgħ tal-proprjetà. It-tema hija pertinenti ukoll fil-kuntest tal-fatt li Illum qed naraw il-frott ta‘ dak li żrajna madwar sentejn u nofs ilu. Ir-riżultati miksubin fis-suq tax-xoghol qegħdin juru li dak li ħdimna għalih qed jirrendi. It-tema hija pertinenti ukoll meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija COVID-19, bl-ebda mod ma xekklu r-rieda tal-Gvern Laburista li f’dan il-pajjiż inkomplu niksbu l-ġustizzja soċjali. Anzi, saħħet l-impenn tiegħu biex ħadd ma waqa’ lura.

Kif qal tajjeb, il Prim Ministru, il-gvern seta’ ħa triq faċli bħalma kien jiġri qabel l-2013 fi kriżi dinjija u jżid it-taxxi, imma dan huwa Gvern li jemmen fil-kwalità tal-ħajja tan-nies u biex tagħti kwalità ta’ ħajja tajba trid budget li jaħrab l-awsterità u jinċentiva lin-nies. F’dan il-kuntest, il-bagit li jmiss ser jara li pajjizna jibqa joffri xibka ta’ benefiċċji li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura. Għaldaqstant, il-baġit għall-2021 se juri r-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern, u se jkun imsejjes fuq il-pensjonanti, il-ħaddiema u n-nies li qed jaqgħu lura. 

Biex dan jintlahaq, il-Prim Ministru qal li l-pensjonanti taħt dan il-gvern se jibqa’ jkollom is-serħan il-moħħ. Biex dan jintlaħaq l-għajnuna tal-Gvern fi ħlas tal-pagi – il-COVID Wage Supplement – se tiġi estiża u se tibqa’ tingħata anki wara Ottubru. Biex dan jintlaħaq l-gvern ser jinċentiva u jimmobilizza l-ekonomija lokali permezz tal-pjan ekonomiku tiegħu għal għaxar snin li ġejjin. Ekonomija li tgħin lil pajjiżna jikber, ekonomija li tħares l-futur ta’ Malta u fuq kollox, ekonomija imsejsa fuq il-punt imressaq ricentament mill-Ministru tal-Finanzi li “Dan il-pajjiż tana ħafna. Huwa d-dover tagħna li nagħtu kemm nifilħu lura għal għada, għal pitgħada u għal uliedna.”

Il-baġit li ser jiġi ppreżentat fil-11 ta’ Ottubru huwa konferma mill-gvern tal-impenn tiegħu biex pajjiżna verament iħaddan il-kunċett ta’ ġustizzja soċjali u biex verament inwittu t-triq għal Malta t’għada. 

Il-baġit li jmiss huwa konferma ukoll li l-aspett soċjali għadu u jibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Fuq kollox, dan huwa baġit li jtenni għalfejn l-għażla naturali għal kull Malti u Għawdxi fl-elezzjoni li jmiss husa l-Partit Laburista. 

Din hija l-Malta soċjali tal-llum u t’għada li rrid nara. Dan huwa l-pajjiż li qed naħdem qatigħ bħala politiku u bħala ċittadin. Dan huwa l-gvern li rrid niikontribwixxi b’mod attiv fih fis-snin li ġejjin. 

Ekonomija

Sport