Thursday, December 26, 2024

Ir-Russi jgħidu li Bakhmut tinsab fil-kontroll tagħhom … analiżi mill-ISW turi xort’oħra

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, il-Kap tal-grupp Wagner, Yevgeny Prigozhin, qal li fuq il-belt ta’ Bakhmut ittellgħet il-bandiera Russa. Bakhmut hija l-belt Ukrena li f’dawn l-aħħar xhur ir-Russja tefgħet l-enerġija tagħha fuqha biex taħkimha taħt idejha.

Il-Kap tal-Wagner, fil-kummenti tiegħu tal-bieraħ filgħaxija, ammetta wkoll li l-forzi Ukreni xorta waħda baqgħu stazzjonati fid-distretti tal-Punent tal-istess belt. Min-naħa tagħha, l-Ukrajna għadha tinsisti li l-armata tagħha għad għandha kontroll fuq Bakhmut: “L-armata Ukrena b’kuraġġ kbir għadha tiddefendi l-belt sabiex tikkumbatti l-attakki tal-għadu,” qalu l-Forzi Armati Ukreni.

Skont il-midja Ingliża Metro, minn analiżi li saret mill-Istitut għall-Istudju tal-Gwerra (ISW), l-Ukrajna sal-bieraħ kien għad kellha kontroll fuq parti kbira mill-belt minkejja li t-truppi Russi bdew jippruvaw jassedjawha b’attakki min-Nofsinhar u Lvant.

Ekonomija

Sport