Tuesday, May 14, 2024

AĠĠORNAT: Mara tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn vann f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum għall-ħabta tad-08:40 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Birżebbuġa stess intlaqtet minn vann tal-għamla Isuzu Elf misjuq minn raġel ta’ 22 residenti Ħal Għaxaq.

Fil-post issejjaħ tim mediku li assista lill-anzjana sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard hi ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport