Saturday, December 21, 2024

Ir-Russja tibda eżerċizzji militarji mal-Belarus

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Russja u l-Belarus bdew għaxart ijiem ta’ eżerċizzji militari konġunti fost biża’ u tħassib kbir kontinwu ta’ invażjoni Russa fl-Ukrajna. Il-Belarus hija alleata qrib ħafna tar-Russja u għandha fruntiera twila mal-Ukrajna.

L-Istati Uniti sejħet l-eżerċizzji – maħsub li huwa l-akbar skjerament tar-Russja fil-Belarus mill-Gwerra l-Bierda – bħala mossa “eskalatorja”. L-Ukrajna qalet li dawn jammontaw għal “pressjoni psikoloġika”. 

Min-naħa tagħha, ir-Russja kemm-il darba ċaħdet kull pjan biex tinvadi l-Ukrajna minkejja li bagħtet ‘il fuq minn 100,000 suldat fil-fruntiera. Iżda l-Istati Uniti u pajjiżi oħra tal-Punent wissew li attakk jista’ jseħħ fi kwalunkwe ħin.

Ekonomija

Sport