Sunday, May 19, 2024

Djamant ta’ biljun sena jinbiegħ €3.7 miljun

Aqra wkoll

Djamant iswed ta’ biljun sena, maħsub li huwa l-akbar wieħed fid-dinja nbiegħ għall-valur ta’ €3.7 miljun.

Ma kienet l-ebda sorpriża li dan id-djamant bl-isem ta’ Enigma, b’aktar minn 550 karat u li hu stmat li jiżen daqs banana jitla daqstant fil-prezz.

Il-persuna li mexxa l-irkant qal li x-xerrej għażel li jixtri d-djamant permezz tal-cryptocurrency. Huwa ma identifikax lix-xerrej b’ismu, iżda aktar tard l-intraprenditur Richard Heart ħabbar fuq il-midja soċjali li kien hu li xtara d-djamant.

Hemm teoriji varji dwar l-oriġini ta’ dan id-djamant fosthom dik li tgħid li kienet asterojda li ġarritu lejn id-dinja.

Heart ħabbar lill-aktar minn 180,000 segwaċi li għandu fuq Twitter li ladarba ssir it-tranżizzjoni u d-djamant ikun fil-pussess tiegħu, l-isem se jkun qiegħed jibdlu għal Hex.com diamond, b’referenza għall-pjattaforma ta’ blockchain imwaqqfa minnu.

Sport