Wednesday, December 25, 2024

Ir-Russja u l-Ukranja bi bdil ta’ priġunieri

Aqra wkoll

Ir-Russja u l-Ukranja biddlu 230 priġunier tal-gwerra. Dan sar wara li ġimgħat ilu l-Ukranja wettqet attakk fir-reġjun ta’ Kursk fir-Russja.

Il-Ministru tad-Difiża Russu qal li 115-il suldat li ġew arrestati fir-reġjun ta’ Kursk li issa hu taħt il-kontroll tal-Ukranja ġew meħlusin u dan wara li 115-il suldat Ukren intbgħatu lura lejn il-pajjiż wara li kienu arrestati mill-forzi Russi.

Din hija l-ewwel darba li kien hemm tibdil ta’ priġunieri minn meta l-Ukranja bdiet l-invażżjoni tagħha fir-Russja. Il-Gvern Ukren qal li l-attakk fuq Kursh hu li jiġu arrestati kemm jista’ jkun suldati Russi biex imbgħad dawn jinbidlu ma’ dawk Ukreni li hemm minnhom ilhom arrestati xhur sħaħ.

“Aħna niftakru fis-sultati arrestati mill-forzi Russi kuljum. Qegħdin naraw fejn jinsabu u nagħmlu dak kollu posibbli biex jiġu lura qawwijin u sħaħ lura lejn pajjiżhom,” qal il-President Ukren.

Hu kompla jgħid li min-naħa tal-Ukranja lesti għal kollox biex jitkellmu mal-President Putin biex din il-gwerra tieqaf b’mod diplomatiku.

Intant, il-Gvern Ukren qal li wettaq attakk fuq depot Russu fir-reġjun ta’ Voronezh fejn mill-inqas inqatlu ħames persuni.

Ekonomija

Sport