Irrappurtati tlitt imwiet fuq ix-xogħol fl-ewwel nofs tal-2026

Aqra wkoll

Minn Jannar sa Ġunju 2026, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat tlitt imwiet fuq ix-xogħol. Fl-2025, ir-rata ta’ inċidenza tʼaċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol kienet ta’ 2.7 għal kull 100,000 persuna li taħdem. 

Dan ħareġ minn statistika li ġie ipppublika mill-NSO, l-Uffiċċu Nazzjonali tal-Istatistika. Irriżulta li rekords amministrattivi juru li kienu rrappurtati 1,015-il aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur tal-2026.

L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti kien fil-qasam tal-Kostruzzjoni, bi 15.3 fil-mija tagħhom. Wara, kien hemm l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn, bi 13.2 fil-mija. 

Barra minn hekk, kien hemm 118-il każ (11.6 fil-mija) fil-Manifattura u 110 każijiet (10.8 fil-mija) fl-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali Iżjed minn 25 fil-mija taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal perjodu li jvarja bejn sebat ijiem u tlettax-il jum.

Fil-perjodu taʼ riferenza, l-akbar għadd taʼ aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kien jolqot ħaddiema fʼimpjiegi elementari, bi 305 każijiet jew 30.0 fil-mija tal-aċċidenti kollha. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa, bʼ191 każ jew 18.8 fil-mija tal-aċċidenti.

Persuni fl-età taʼ bejn il-25 u l-44 sena kienu jgħoddu iżjed minn nofs l-aċċidenti fiż-żmien taʼ riferenza (Tabella nru 4). Iżjed minn 60.0 fil-mija tal-persuni fʼaċċidenti mhux fatali kienu Maltin.

Kważi terz tal-korrimenti fuq ix-xogħol (33.0 fil-mija jew 335 każ) kienu jaffettwaw id-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha. Il-ġrieħi u l-korrimenti superfiċjali (64.8 fil-mija jew 658 każ), u t-tfekkik (25.2 fil-mija jew 256 każ) kienu l-aktar tipi komuni taʼ korrimenti.

Fiż-żmien taʼ riferenza, 23.3 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol irrappurtati seħħew f’intrapriżi b’500 ħaddiem jew iżjed, filwaqt li 22.0 fil-mija ġraw fʼintrapriżi li jħaddmu minn 50 sa 249 ħaddiem.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport