Sunday, December 22, 2024

“Irridu naħdmu biex ikollna aktar turisti li jerġgħu jiġu jżuru pajjiżna”

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo tkellem dwar l-iskill cards fl-industrija tat-turiżmu sabiex persuni ġejjin minn pajjiżi terzi, ċittadini mill-Unjoni Ewropea u anke Maltin ikollhom il-ħiliet neċessarji b’mod partikolari fil-mod ta’ kif jikkomunikaw mal-klijenti.

Huwa qal li din se tgħin sabiex it-turisti li jiġu f’pajiżna jkollhom esperjenza ħolistika aħjar milli diġà kellhom. Filwaqt li rrikonoxxa li kull pajjiż jista’ joffrilek esperjenza totalment differenti mill-pajjiż ġar tiegħu, il-Ministru Bartolo saħaq li rridu naħdmu biex ikollna aktar turisti li jerġgħu jiġu jżuru pajjiżna (repeat visitors).

Biex dan isir, il-ħaddiema f’dan is-settur jeħtieġ li jkunu technologically friendly biżżejjed sabiex jifhmu u jaqdu lill-klijenti bl-aqwa mod possibbli. Għalhekk it-teknoloġija se tkun għodda importanti biex l-ITS toffri korsijiet u l-eżamijiet neċessarji li kollha se jsiru online biex wieħed ikun jista’ jara qabel ma jasal għal dawn l-iskill cards.

“Permezz tat-teknoloġija se jkollna s-salvagwardji neċessarji kollha biex naraw li l-persuna li qed tapplika hi l-persuna vera li qiegħda tagħmel l-assessjar u l-korsijiet neċessarji. Dan ifisser li aħna qed nutilizzaw l-aqwa teknoloġija li hawn fis-suq, l-aqwa pjattaformi diġitali,” tenna l-Ministru Bartolo.

Ekonomija

Sport