Saturday, December 21, 2024

“Irridu ninvestu aktar f’pajjiżi msieħba tagħna biex inwaqqfu l-influss tal-immigranti”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dwar l-immigrazzjoni, fl-istess stqarrija ministerjali, il-Prim Ministru spjega li l-enfasi kienet fuq l-aspett estern, jiġifieri l-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-unjoni b’enfasi l-aktar fuq koperazzjoni mal-pajjiżi minn fejn jiġu l-immigranti u dawk tat-tranżitu bħal-Libja. 

“Qbilna li rridu ninvestu aktar f’pajjiżi li huma msieħba tagħna biex inwaqqfu l-influss tal-immigranti u niġġieldu t-traffikanti tal-bniedem filwaqt li nindirizzaw l-instrumentalizzazzjoni tal-immigrazzjoni minn pajjiżi terzi.”

Hawn saret diskussjoni interessanti dwar fruntieri tal-Lvant tal-UE, l-aktar dawk li jmissu l-Belarus u l-idea li jiġu finanzjati minn fondi Ewropej miżura li jżommu l-immigranti ‘l barra mill-UE. 

Barra minn hekk il-Kunsill qabel li filwaqt li rridu naħdmu ma’ pajjiżi terzi fuq l-immigrazzjoni rridu ngħinuhom fl-iżvilupp tagħhom u jkunu aktar stabbli. “Min-naħa tagħna sħaqna bil-kbir fuq dan il-kunċett bir-relazzjoni tagħna mal-Libja fost l-oħrajn.

“Nemmen li l-Unjoni għandha tiffoka inqas fuq dikjarazzjonijiet u iktar fuq azzjonijiet konkreti li jsaħħu l-koperazzjoni biex niġġieldu t-traffikanti tal-bniedem u nassiguraw li inqas nies jitilfu ħajjithom fi traġitti perikolużi,” saħaq il-Prim Ministru.

“Il-punt li nsistejt ħafna dwaru li jkunu mifruda d-diskussjonijiet dwar riforma potenzjali Schengen mid-diskussjoni fuq l-immigrazzjoni. Se nikkontestaw bil-qawwa kwalunkwe suġġeriment li niġu żvantaġġjati minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħna.”

Ekonomija

Sport