Sunday, November 24, 2024

Irridu nkomplu nibnu fuq li għandna u naslu mal-ewwel sitta – Edward Azzopardi – (kowċ Birzebbugia SP)

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet billi kont immur nilgħab iċ-ċentru ma’ sħabi u minn hemmhekk ħajruni ningħaqad mar-Rabat Ajax nursery. Sena wara ntgħażilt fiċ-ċentru tekniku ta’ Ta’ Qali. Dak iż-żmien kien jismu ‘Inħobb il-Futbol’. Il-futbol dejjem kien il-passatemp tiegħi. Kull fejn kont immurr tarani bil-ballun miegħi. Dejjem kien l-aqwa ħabib tiegħi!

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala plejer u l-unuri li rbaħt f’dan ir-rwol.

Kelli ħafna esperjenzi sbieħ fil-futbol. Ovvjament kull esperjenza fiha s-sabiħ tagħha. Peró, l-akbar unur li rbaħt kien li dejjem kont leali u rbaħt ir-rispett mingħand ħafna nies. Bis-saħħa tal- futbol bnejt il-karattru tiegħi u tgħallimt ħafna.

X’differenza hemm bejn li tkun plejer u kowċ?

Differenza kbira. It-tnejn fihom is-sagrifficju tagħhom. Meta tkun plejer trid tkun preparat tajjeb għat-taħriġ u anke kif timxi fil-ħajja barra l-grawnd. Meta tkun kowċ trid tkun iktar responsabbli għax trid tmexxi l-iskwadra kollha. Kowċ iktar għandek xogħol ghax trid hafna preparamenti. Jekk ma jkunx sejjer kollox kif pjanajt se jbati t-tim kollu.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek bħala kowċ ta’ Birzebbugia SP.

Ingħaqadtma’ Birzebbugia SP l-istaġun li għadda u mill-ewwel għedna li rridu nagħmlu bidla fil- klabb. Ħdimna bil-għaqal u rrnexxielna nġibu rispett lejn il-klabb. Li ġejna fit-tieni post wara tim kollu ġdid kien ta’ sodisfazzjon kbir.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għall-istaġun li ġej?

Bħala Birzebbugia SP, irridu nkomplu nibnu fuq li għandna u naslu mal-ewwel sitta. Minn hemm naraw it-triq kif tkompli. Kif ġie l-format tal-kampjonat, mhux facli tipprevedi.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nixtieq nibqa’ nitgħallem għax qatt mhu biżżejjed u li ngħin plejers żgħażagħ jiimxu ‘l quddiem u jagħmlu suċċess. 

Għaddi messaġġ finali lill-partitarji kollha ta’ Birzebbugia SP.

Nixtieq ngħidilhom grazzi talli dejjem ikunu warajna u nisperra li jkollna staġun tajjeb ħalli jgawdu huma wkoll. President, kumitat, staff tekniku u l-plejers se nagħmlu ħilitna kollha biex jifirħu huma wkoll! 

Sport