“Irridu nwieġbu lil dawn il-forzi b’saħħa tremenda.” Hekk iddiskjara l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar il-Perit Clint Camilleri waqt li kien qiegħed jindirizza Mass Rally, fiż-Żurrieq, bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’.
Il-Perit Camilleri rrefera għal diversi epispdji li qegħdin isiru mill-forzi konservattivi u l-Partit Nazzjonalista li l-għan tagħhom hu biss li jkissru lill-moviment Laburista.
Tenna l-Partit Laburista fil-Gvern ħadem ma’ kull ġurnata li tgħaddi biex illum nistgħu ngħidu li pajjiżna għandu waħda mill-aqwa ekonomiji fl-Ewropa.
“Dan kien posibbli għax saret trasformnazzjoni lin-nazzjoni tagħna … Minn pajjiż li kien dejjem joqgħod lura u jistenna l-manna mingħand il-barrani, għax pajjiż li jfassal it-triq tiegħu sess u nistgħu ngħidu li jfassal l-aġenda ta’ ħaddieħor,” kompla jgħid il-Ministru Camilleri.
Il-kelliem qal li l-Partit Laburista qiegħed jippreżenta manifest elettorali fuq il-prinċipju ta’ Malta l-Ewwel għax “irridu li l-ħaddiema tagħna mhux biss isibu xogħol, iżda jkollhom l-opport li jagħżlu l-aqwa xogħol.”
Il-Ministru rrefera wkoll għal attakki kontinwi li jsiru fuq il-moviment tal-ħaddiema fejn saħaq li dawn isiru għax iridu akkost ta’ kollox il-poter u biex ikissru dak kollu li jiseb il-ħaddiem.
Irrefera wkoll għal ħidma li saret mill-Gvern b’mod partikolari mill-Ministru li jmexxu hu fejn għal sena oħra reġa’ nfetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa. Saħaq li dak kollu li hu għal qalbna għandu jibqa’ jiġi protett.