Wednesday, April 24, 2024

IRRIDU PAJJIŻ LI JGĦIX FIL-PAĊI

- Il-Prim Ministru Robert Abela fil-45 sena anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien

Aqra wkoll

“Ħolma ta’ Malta Ħielsa li qatt ma tiġġieled gwerew ta’ ħaddieħor. Ħaddanna l-paċi, l-aqwa valur li għexna f’dawn iż-żminijiet kollha.” Hekk stqarr il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista waqt li kien qiegħed jindrizza t-tifkira tal-45 sena anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.

Il-Prim Ministru tenna li mhux se jitlef ġurnata waħda biss biex Malta taħdem favur il-paċi madwar id-dinja. “Fejn kien hemm il-gwerew bgħatna l-għajnuna umanitarja. Fejn kien hemm it-terremoti bgħatna l-eroj tagħna jgħinu biex ifittxu lin-nies taħt it-tifrik u kull fejn hemm il-ħerba, Malta ħielsa u newtrali se tibqa’ tkun hemm biex iġġib il-paċi,” stqarr Dr Abela.

Il-kelliem fakkar ukoll dak li kien qiegħed jiġri madwar 4 snin ilu meta l-pandemija qaflet in-nies fi djarhom. Tenna li dakinhar ukoll konna fi gwerra ma’ għadu li ma jidhirx. “Meta titlef dak li tgħożż tkun taf xi tlift… u dan hu l-istess ħsieb dak li għaddejja minnu bħalissa d-dinja b’mod partikolari l-Ewropa u madwar il-Mediterra,” kompla jgħid il-Mexxej Laburista.

Staqsa kif jista’ jkun ma jkunx hemm tħassib meta fl-2024 il-ġuħ jintuża bħala arma tal-gwerra? Stqarr li kien hemm minn qed jiddiħak b’Malta għax bqajna naħdmu u nitkellmu dwar il-paċi u n-newtralità.

Sport