Wednesday, April 24, 2024

Myriam Spiteri Debono nominata għal President tar-Repubblika

Francis Zammit Dimech se jinħatar Aġent President

Aqra wkoll

Il-Parlament għada se jkun qiegħed jivvota dwar in-nomina tan-Nutar Myriam Spiteri Debono biex b’hekk tinħatar il-President tar-Repubblika ta’ Malta.

Fi stqarrija konġunta bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ntqal li dan il-vot ser ikun qed jittieħed wara diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Iktar kmieni llum, il-qbil li ntlaħaq bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni kien issiġillat f’laqgħat separati tal-Gruppi Parlamentari rispettivi.

Il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni qablu wkoll li meta jkun meħtieġ li jinħatar Aġent President skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, il-Prim Ministru se jkun qed jaħtar lil Dr Francis Zammit Dimech.

Sport