Thursday, April 25, 2024

L-Ingilterra bi 15-il plejer imweġġgħin

Aqra wkoll

Il-kowċ tal-Ingilterra Gareth Southgate jinsab xi ftit inkwetat ftit sigħat qabel il-logħba ta’ ħbiberija tal-lejla kontra l-Belġju hekk kif 15-il plejer għandhom xi injury jew oħra u mhux se jkunu parti mill-konfront tal-lejla.

Fil-fatt Harry Kane, Kyle Walker, Sam Johnstone, Harry Maguire, Nick Pope, Kieran Trippier, Luke Shaw, Reece James, Marc Guehi, Levi Colwill, Tyrone Mings, Trent Alexander-Arnold, Jack Grealish u Callum Wilson mhumiex disponibbli għal Southgate għal din il-partita.

Southgate qal li qatt ma ra daqshekk injuries f’daqqa kemm ilu jokkupa l-karriera ta’ kowċ. L-għażla tiegħu issa hi dik li jilgħab b’numru ta’ plejers li ftit jilagħbu mat-tim nazzjonali.

Sport