Il-permess ta’ żvilupp għal titjib ta’ pompa tal-fjuwil mhux użata li tinsab fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema, ġie rrifjutat mill-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.
Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li x-xogħolijiet proposti ta’ titjib ta’ din pompa mhux użata se tikkawża sfidi operazzjonali ġodda peress li tinsab viċin żona li esperjenzat tkabbir konsiderevoli kemm fl-akkomodazzjoni residenzjali kif ukoll fit-turiżmu.
Ġie rrimarkat ukoll li l-faċilità tal-fjuwil kif propost se tiġġenera aktar traffiku fiż-żona. Bħala riżultat, dan se jiddeġenera ż-żona urbana u joħloq aktar problemi minn soluzzjonijiet ta’ ppjanar.
F’ dan il-każ, il-Kummissjoni qalbet ir-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Iżvilupp.