Monday, May 13, 2024

Pulizija Spanjola b’ investigazzjoni dwar mara Amerikana rappurtata nieqsa 

Aqra wkoll

Il-Pulizija Spanjola qed tinvestiga l-għajbien ta’ mara Amerikana ta’ 40 sena li kienet irrappurtata nieqsa f’Madrid wara li naqset milli tiltaqa’ ma’ ħabiba aktar kmieni dan ix-xahar.

Il-Ministeru tal-Intern Spanjol, identifika lill-mara bħala Ana Maria Knezevich Henao, u qal li din għebet fit-2 ta’ Frar u teħtieġ medikazzjoni.

F’kumment lill-midja internazzjonali, ħu Maria, Juan Felipe Henao qal li fil-5 ta’ Frar, oħtu kellha taqbad ferrovija lejn Barċellona sabiex tiltaqa’ ma’ ħabiba tagħha u li minkejja dan, hi ma dehret qatt fl-istazzjon ta’ Madrid.  

Uffiċjal għall-gvern Spanjol qal li l-pulizija talbet lill-awtoritajiet minn pajjiżi oħra għal informazzjoni li tista’ tkun rilevanti f’dan il-każ. 

Il-ħabiba ta’ Maria, Sanna Rameau, li kellha tiltaqa’ magħha qalet li l-aħħar messaġġ li rċeviet mingħandha kien fit-2 ta’ Frar. Hija spjegat li Maria kienet qaltilha li ltaqgħet ma’ persuna li ddeskreviet bħala dħuli ħafna u li kienet sejra ftit tal-jiem għandu. 

Sport