Saturday, May 4, 2024

“Lil Selah se nieħdu ħsiebha f’Malta minn qalbna”

Aqra wkoll

Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif iċ-ċkejkna Saleh ta’ tliet snin waslet f’pajjiżna minn Gaza sabiex tirċievi l-kura meħtieġa wara li ndarbet f’attakk f’pajjiżha.

Hija sofriet ġrieħi gravi f’riġlejha meta d-dar tagħha f’Khan Younis, belt fin-Nofsinhar ta’ Gaza, intlaqtet minn attakk f’nofs Novembru li għadda, liema attakk ħalla lil ommha u lil ħuha mejta 

Missier Saleh, ma ġarrab l-ebda ġrieħi iżda sfortunatament tilef lill-bintu qalb it-tifrik u kien hemm mumenti fejn kien jissuspetta li bintu tinsab mejta.

Kellu jkun filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali mit-tobba f’Gaza, li wassal biex il-missier jinduna li bintu għadha ħajja u kien għalhekk li ma jiltaqa magħha.

Il-vjaġġ lejn Malta sar possibbli permezz ta’ diversi donaturi flimkien mal-isforzi kollaborattivi tal-Ambaxxata Palestinjana f’Malta u l-Gvern Malti. 

Sport