Wednesday, July 24, 2024

Talba biex triq f’San Ġwann tissemma’ għal Aleksei Navalny

... Il-Parlament Malti jfakkru b’minuta ta’ silenzju

Aqra wkoll

Il-Parlament Malti sellem il-memorja ta’ Alexei Navalny permezz ta’ minuta ta’ silenzju waqt is-seduta tal-lejla.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami wara l-minuta ta’ silenzju spjega dwar proposta li ssir talba lill-Kunsill Lokali biex t-triq biswit l-ambaxxata Russa f’San Ġwann tissemma’ għal Navalny u ddeskriva lil Aleksei bħala “l-eroj li ħallas b’ħajtu”.

Il-Whip Laburista tal-Grupp Parlamentari tal-PL, Naomi Cachia kkonfermat li l-Gvern jaqbel mal-proposta li saret mid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Il-mewt tal-politiku tal-oppożizzjoni Russa, li kien magħruf sew għall-kritika tiegħu fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin ħasdet lil bosta fuq livell internazzjonali.

Ekonomija

Sport