Wednesday, April 24, 2024

Irtirati l-akkużi ta’ stupru kontra Mason Greenwood 

Aqra wkoll

Ġew irtirati l-akkużi ta’ attentat ta’ stupru u ta’ assalt kontra l-player ta’ Manchester United, Mason Greenwood.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ġie arrestat f’Jannar tas-sena l-oħra fost allegazzjonijiet dwar stampi u filmati li ġew pubblikati fil-media soċjali.

Aktar tard huwa ġie akkużat b’attentat ta’ stupru, imġieba ta’ kontroll u forza fiżika kif ukoll attakk li kkaġuna ħsara reali fuq il-ġisem.

Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Kuruna qal li l-akkużi ġew irtirati mix-xhieda ewlenin fl-involviment tagħhom.

Sport