Wednesday, April 24, 2024

IS-SABIĦ TAL-QARI U L-EFFETT TAT-TEKNOLOĠIJA

Aqra wkoll

Għeżież qarrejja, nibda dawn il-kelmtejn tiegħi għal-lum billi naqsam magħkom ħsieb żgħir li kien iħobb juża San Ġorġ Preca. Huwa kien iħobb jgħid din il-frażi: “It-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid”.

M’iniex se nitkellem fuq tema reliġjuża, iżda nammetti li din il-frażi fi ha ħafna x’wieħed jixtarr. It-tagħlim matul il-ħajja tagħna qatt m’għandu limitu. Nitgħallmu kemm nitgħallmu u nafu kemm nafu, qatt mhu biżżejjed.

Personalment nemmen li sors importanti fi t-tagħlim huwa l-qari u kemm huwa importanti li nibqgħu ngħożżu l-qari tal-ktieb, għaliex ktieb miktub tajjeb fi h sors infinit ta’ tagħlim. Permezz tal-qari nitgħallmu ħafna aktar milli wieħed jaħseb.

Illum il-ġurnata sfortunatament permezz tat-teknoloġija moderna, il-qari naqas drastikament. Il-mobiles u l-apps li jħaddnu fihom, jagħmluha faċli sabiex wieħed jagħmel riċerka jew jaqra artiklu. Hawn nistħajjel li tgħidu, mhux tajjeb ukoll li wieħed ifittex online?

S’hawnhekk m’hemm xejn ħażin għaliex il-kumdità sabiħa, u wkoll huwa sors li ssib dak kollu li tkun fittixt dwaru. Iżda b’konsegwenza t’hekk dħalna f’aljenazzjoni fejn warrabna l-ħin għall-ktieb u minflok nużawh biex noqogħdu fuq it-tablet jew mobile. Jiena nistaqsi: kemm għadhom effettivi l-libreriji pubbliċi?

Kemm hawn min għadu jagħmel użu minnhom? Meta ma kellna xejn milli jeżisti llum, konna ġejjin u sejrin nbiddlu kotba li servewna ħafna fi t-tagħlim tagħna.

Apparti dan kollu mill-qari nistgħu niggwadanjaw dejjem. Il-grammatika u l-vokabularju jitjiebu permezz ta’ qari tajjeb. Illum tara addoloxenti u żgħażagħ jiktbu komponimenti bl-istess mod kif jiktbu messaġġ fuq il-mobile.

Din hija vera ħasra għaliex mingħalina li permezz tal-avvanzi fi t-teknoloġija qegħdin niggdawdanjaw ħafna, mentri fi l-verità f’dan l-aspett ma nkunux.

Permezz tal-qari l-istudent iġemma’ f’moħħu ideat tajbin għal meta jiġi biex jikteb komponiment. Anke saħansitra ittra eletronika teħtieġ li jkollok grammatika tajba u mod għaqli ta’ kif tindirizzaha. Il-mod ta’ kif tinkiteb dik li nirreferu għaliha bħala email juru anke l-ammont ta’ qari li dik il-persuna tkun għamlet minħabba li dak il-materjal li tkun akkwistajt permezz tal-qari ta’ kotba tajbin jirrifletti fi grammatika tajba u xierqa. Dawn in-nuqqasijiet sfortunatament itellfu ħafna marki lill-istudenti li jpoġġu għall-eżamijiet. Mingħajr ma ninstema’ antikwata jew kontra xi tip ta’ żvillupp teknoloġiku, irrid nisħaq fuq l-importanza li wieħed jaqra, u li wieħed għandu jsib siegħa ħin sabiex jaqra ktieb, imqar wieħed kull tant żmien. Kif insibu ħin kuljum għall-mobile u t-tablets u affarijiet oħrajn l-istess għandu jkun għall-qari. Kif dejjem sħaqt, il-bilanċ huwa importantissimu f’kollox u l-istess japplika għall-qari.

Meta wieħed jaqra jkun qed jeżerċita bosta benefiċċji fosthom li l-moħħ jiġi stimulat fl-immaġinazzjoni u wkoll jerfa’ fi h ideat li wieħed jista’ jutilizza fi l-ħidma tiegħu. Il-qari jgħin ukoll sabiex nikbru mentalment, emozzjonalment u psikoloġikament.

Apparti dan kollu, il-qari jagħmel lil persuna waħda aktar kolta. Il-qari wkoll inaqqas ħafna l-istress, li llum sar wisq komuni fi l-ħajja tagħna, jgħin ukoll fi d-dipressjoni għaliex inaqqas l-okkorrenzi dipressivi, u jnaqqas il-livelli ta’ tensjoni. ll-qari jistimula l-parti tal-moħħ li tittratta d-dipressjoni wkoll.

Il-qari tal-kotba jista’ jkun ta’ benefiċċju kbir għal xi ħadd li jista’ jbati minn tendenzi dipressivi għalkemm dan jista’ ma jkunx biżżejjed għaliex xorta jista’ jeħtieġ xi trattament.

Ħbieb, nispera li dan kollu li qsamt magħkom illum ikun ta’ benefiċċju għalikom u jħeġġiġkom sabiex issa li riesqa x-xitwa u jkollna aktar ħin ta’ ġabra ġewwa djarna, insibu dak il-ftit ħin u niddedikawh għall-qari tal-ktieb.

Insellmilkom.

Sport