Saturday, December 28, 2024

Is-Saħħa Mentali fil-komunità

Aqra wkoll

F’dinja daqstant mgħaġġla u dominata minn sistemi diġitali, is-sinifikat tas-sapport li l-komunità tista’ tagħti għall-benessere tas-saħħa mentali ma jistax jiġi injorat. Minkejja li bla dubju, l-għajnuna professjonali u l-medikazzjoni jibqgħu kruċjali, dak li joħroġ mill-kuntatt uman imfassal f’sapport komunitarju huwa xi ħaġa tal-akbar importanza.

Dan huwa dak li se nkunu qed naraw f’dan l-artiklu, kif l-impatt ta’ komunità magħquda u tolleranti, flimkien mal-esperjenzi li faċilment jistgħu jiġu maqsuma fi ħdanha, iwasslu għal fundazzjoni b’saħħitha ta’ reżiljenza emozzjonali. 

Il-bżonn uman li nikkonettjaw bejnietna

Bhala parti minn soċjetà l-essere uman għandu ħtieġa u bżonn li jikkonnettja u jħossu jappartjeni lejn xi ħaġa jew xi ħadd. Meta jkun hemm rabtiet soċjali b’saħħithom, mhux biss jintlaħaq il-bżonn emozzjonali soċjali u psikologiku, imma jservu wkoll bħala ‘buffer’ kontra dak li l-ħajja ħafna drabi titfgħalna quddiemna. F’mumenti ta’ stress, ansjetà, jew dippressjoni, il-fatt li taf se ssib membri fil-komunità fejn tgħix, jaghmlulek kuraġġ u jtuk sapport indipendentament tal-obbligi li ghandhom lejn il-familja taghhom. Dan is-sapport ma jigix biss mill-familja immedjata imma jkun hemm hbieb genwini ohrajn li jkunu jixtiequ jkunu hemm ghalik u jisimghu dak li ghandek xi tghid. 

Bhala membri tal- umanita li nghixu f’soċjetà, irridu nħossu din il-konnessjoni bejnietna u nifhmu li persuna waħda bi problemi socjali, tista’ twassal ukoll biex tigbed lejha aktar nies negattivi jekk ma nkunu kapaci naghtu l-ghajnuna. 

Il-bżonn li nnaqqsu l-istigma u l-iżolament

Ċertament li waħda mill-akbar biżgħat ta’ min ikun jixtieq ifittex l-ghajnuna ghal problemi ta’ sahha mentali, hija dik li jigi izolat u stigmatizzat. Ghalhekk, huwa krucjali li fil-kommunitajiet ikun hemm pjattaformi li jghinu sabiex ikun hemm diskussjoni u bdil ta’ esperjenzi sabiex dan l-ostaklu jigi meghlub u aktar nies jersqu ‘l quddiem sabiex ifittxu l-ghajuna qabel ikun tard wisq. Meta persuna thossha u tinduna li mhix wehidha, tkun aktar komda tfittex l-ghajuna u titkellem dwar il-problemi li tkun qed tiffaccja. Dan iwassal ghal konverzazzjonijiet miftuha, onesti u maturi sabiex l-individwu jhossu anki jappartjeni lejn dik il-komunità. 

Is-sens t’ appartenenza

Tkellimna fuq is-sens t’ appartenenza u li tkun parti minn komunità jaghti minnu nnifsu dan is-sens, illi eventwalment jikkontribwixxi biex persuna thoss u verament temmen il-valur tagħha. Dan ghaliex tifhem li haddiehor jinteressah minn kif qed thossha, mill-isfidi taghha u allura dan is-sens t’ appartenenza jaghti messagg b’ sahhtu li anki jekk bi sfidi kbar quddiemek, kulhadd huwa validu u jista’ jirnexxi fil-hajja li jaghzel li jghix. Meta persuna thossha valurata u accettata’ huwa aktar plawsibbli li jizviluppaw konvinzjoni dwar l-importanza tal-valutazzjoni taghhom infushom u l-imortanza li jhobbu u jaccettaw dak li huma.

Esperjenzi u empatija

Is-saħħa tas-sapport tal-komunità tohrog mill-qsim ta’ esperjenzi u empatija li l-membri tal-istess komunità jistgħu jagħtu wieħed lill-ieħor. Meta persuni bl-istess sfidi u problemi jiltaqgħu u jitkellmu, ikunu qed jipprovdu sapport enormi lil xulxin, li jmur lil hinn mis-simpatija. Dan iwassal biex ħadd ma jġossu wahdu ghaliex aktar milli naraw komunità ‘tithassar’ lil dawn in-nies, naraw komunità empatika li lesta tisma’ tifhem u thobb. Din is-sensittivita’ ssahhah it-twemmin tal-persuni li qed ifittxu l-ghajuna li verament hemm min jinteressah minnhom u li hemm nies fil-komunità fejn jghixu li lesti jaghtu l-ghajuna kollha mehtiega bla ma jaghtu gudizzju fuqhom jew il-passat u preżent tagħhom. Dan jghin ukoll ghal nisga ta’ komunità dejjem aktar b’ sahhitha u maghquda, fejn l-isfidi ta’ persuna wahda huma l-isfidi ta’ kulħadd.

Emozzjoni u reżiljenza

Is-sapport tal-komunità jipprovdi wkoll ‘xibka’ sigura f’ perjodi ta’ turbulanza emozzjonali. Il-fatt li persuna tista’ tesprimi dak li thoss u filwaqt li tara’ empatija fil-konfront taghha, jwassal ghal aggustar emozzjonali tal-persuni. Ghalhekk l-importanza ta’ pjattaformi simili, ghaliex dawn iwasslu wkoll ghal ezempji prattici ta’ karattri reziljenti li jkunu determinati li jaghmlu l-passi mehtiega sabiex johorgu mill-perjodu li jkunu dahlu fih. L-iskambki ta’ l-esperjenzi jwassal ukoll sabiex wiehed jitghallem minn esperjenza ta’ haddiehor u fuq livell generali, dan iwassal b’ mod awtomatiku ghal kuncett ta’ komunità reziljenti sabiex tiffaccja dawn l-isfidi. 

Kif jista’ Kunsill Lokali jinvolvi ruħu f’dan kollu

Sabiex titkisser l-istigma, li għadha b’saħħitha tittimbra dan is-settur, jeħtieġ li jkun hemm diskussjonijiet miftuħa u onesti fuq livell komunitarju, sabiex jiġi instigat sens ġenerali ta’ aċċettazzjoni għas-saħħa mentali. Kunsill Lokali, bi pjattaformi differenti għandu l-obbligu socjali lejn il-komunità li jassigura li jaghti spazju ghal dan il-process. Dan jista jsir anki b’ inizjattivi ta’ kampanji varji ghad-diversi setturi li hemm fis-socjeta’. Meta persuna thossha komda titkellem fuq l-esperjenzi taghha fuq wahda minn dawn il-pjattaformi, tigi ffurmata mewga enormi ta’ accettazzjoni u ghall-zvilupp persunali. Il-Kunsilli Lokali m’ghandhomx joqodu lura milli jaghmlu dan bil biza’ li se jcaqilqu ilma li ahjar jibqa’ kalm. Anzi, ghandhom ikunu huma l-katalisti sabiex jaccertaw li jkollhom komunità aktar inkluzziva fil-veru sens tat-tifsira tal-kelma.

Nikkreaw ambjent li jilqa’

Kunsuilli Lokali jistghu ukoll, anzi, ghandhom obligu li joholqu atmosfera u ambjent li jilqa’ lil nies li ghandhom dik l-isfida. Ambjent fejn dawn ihossuhom siguri jitkellmu u jaqsmu l-esperjenzi taghhom. Li jinkoragguhom jersqu ‘l quddiem  u jkunu attivi fil-komunità bla ebda dell jew stigma li permezz taghha jhossuhom eskluzi u jkun ahjar ghalihom li kieku baqghu imsakkrin f’ kamarthom fid-djar taghhom. Tali ambjent jaghti fiducja gdida fejn persuna thossha komda li minghajr biza’ tista’ tithallat u tkun parti minn grupp ikbar ta’ nies u anki taghti s-sehem taghha biex il-komunità li tifforma parti minnha tkompli timxi ‘l quddiem. Dan jghin sabiex titnehha wkoll arja ta’ kritika ngusta u diskriminazzjoni kontra dawn in-nies, li wara kollox, ghada nistghu inkunu flokhom ahna.

Riżorsi

Lokalita, jew komunità tista’ sservi wkoll ta’ hub, ta’ fond ta’ informazzjoni fejn tlaqqa flimkien individwi li jstghu jikkontribwixxu rizorsi favur is-sahha mentali. Nies professjonali, tobba, persuni li jkunu esperjenzaw il-vjagg, organizazzjonijiet fis-settur u ohrajn. Meta u jekk Kunsill Lokali jirnexxilu jgib lil dawn kollha flimkien, ikun hemm l-ahjar uzu tar-rizorsi u jigi mmassimizzat l-gharfien dwar il-kundizzjoni. Dan iwassal ghal aktar ghodda biex wiehed jghin lil dawk li jersqu ‘l quddiem ghall-ghajuna, b’ cansijiet ferm aktar gholja ta’ success.

Attivitajiet

Wara li persuna tkun inghtat l-informazzjoni kollha kif tista’ tfittex l-ghajuna, wara li nkunu hloqna ambjent li jilqa’ nies li ghandhom bzonn l-ghajuna, wara li nkunu provdejna pjattaformi biex dawn in-nies jitkellemu f’ mod sigur u apert u wara li nkunu gibna r-rizorsi kollha flimkien, allura imbghad nistghu nibdew nahsbu fuq numru ta’ attivitajiet li dawn il-persuni jistghu jinvolvu ruhom fihom b’ mod dirett. Fejn huma stess jorganizzaw attivitajiet ghal haddiehor u jhossuhom utli u parti integra mill-komunità. Tali attivitajiet joffru opportunita’ ghal individwi biex jiltaqghu ma’ nies godda, forsi anki minn rahal jew belt differenti, u tissahhah il-kollaborazzjoni fis-settur bejn il-lokalitjiet, fosi anki fuq bazi regjonali.

Komunitajiet digitali

Bhala mexxejja lokali, rridu nahsbu ukoll f’din l-għodda, Jista’ jkun li persuni jaghzlu jew jippreferu li jfittxu l-ghajuna online, b’ mod vitwali u allura tajjeb li nahsbu wkoll f’dan għax jista’ jkun hemm aktar nies li ghall-bidu jhossuhom aktar komdi jfittxu l-ghajuna b’ dan il-mod. Dan ifisser ukoll li dak li ghidna li għandna noholqu pjattaformi, attivitajiet, ambjent sigur etc, irridu nassigurawh ukoll b’ mod virtwali ghal dawn il-membri tal-komunità. Dan jista’ jghin ukoll lil dawk il-membri tal-komunità li forsi m’ghandhomx mezzi biex jivvjaggaw jew huma nieqsa minn rizorsi ohra.

Konklużjoni

Kif nistghu naraw, is-sapport mill-komunità u fil-komunità huwa kruċjali sabiex verament nindirizzaw din l-isfida tas-sahha mentali. Biex ikun hemm interazzjoni, biex nifhmu aktar lil xulxin, biex naqsmu l-esperjenzi taghna, biex nimmassimizzaw ir-rizorsi limitati taghna u sabiex naccertaw dinjita’ umana lill-kulhadd.

Nemmen bi shih li l-Kunsilli Lokali u Regjonali ghandhom rwol importanti f’ dan kollu u nittama’ li nkunu nistghu nahdmu flimkien ma’ esperti fil-qasam sabiex nistabbilixxu qafas sigur, komdu u empatiku bizzejjed, fejn aktar nies ihossuhom komdi jersqu ‘l quddiem u jfittxu l-ghajnuna. L-Assocjazzjoni Kunsilli Loakli ser tkun qed tara’ kif tista’ tinkoragixxi u tahdem sabiex jibda jkollna dawn is-servizzi komunitarji. Dan bl-ghajuna u l-involviment ta’ esperti fil-qasam. 

Ekonomija

Sport