Monday, May 13, 2024

Nostradamus kien bassar l-abdikazzjoni tar-Re Karlu III

Aqra wkoll

It-tħabbira li r-Re Karlu III tar-Renju Unit huwa marid bil-kanċer għal dawn l-aħħar jiem iddominat l-aħbarijiet f’diversi pajjiżi partikularment madwar il-kontinent Ewropew. Issa bdew ukoll joħrġu stejjer, interpretazzjonijiet u profeziji dwar it-tul tar-renju tiegħu.

Filosfu u astrologu Franċiż tas-seklu 16, Michel de Notredame, magħruf fl-istorja bħala Nostradamus li għex bejn l-1503 u l-1566 kien kiteb tbassir kriptiku li l-interpretazzjonijiet dwarhom għadhom jiġu diskussi sal-lum.

F’waħda mill-profeziji li għamel, huwa ppreveda li r-renju tar-Re Karlu III jista’ jasal fi tmiemu qabel ma’ tintemm din is-sena 2024 wara d-dijanjosi tiegħu ta’ kanċer.

Nostradamus kien bassar ukoll avvenimenti traġiċi inklużi l-attakk fuq it-Twin Towers tal-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti u l-kriżi tal-għoli tal-ħajja l;i qed ngħixu llum. B’kollox, huwa kiteb 942 tbassira fil-ktieb tiegħu ‘Les Propheties’ fl-1555.

Nostradamus għandu rekord ippruvat fit-tbassir tiegħu dwar persuni rjali. Huwa kien kiteb li d-drama tista’ tkun fuq il-karti għall-Familja Rjali Ingliża fl-2024 u saħansitra qal li r-Re’ jista’ ‘jiġi mġiegħel jabdika’. 

Fil-ktieb tiegħu jipprofetizza hekk: ‘Re tal-Gżejjer imkeċċi bil-forza… mibdul b’wieħed li ma jkollu ebda marka ta’ re.’

L-espert Mario Reading analizza s-silta, u interpretaha: ‘Għax iddiżapprovaw id-divorzju tiegħu, il-Poplu se jġiegħel barra lir-Re tal-gżejjer; Raġel se jieħu post li qatt ma stenna li jkun sultan’ wisq probabbli b’riferenza għall-Prinċep Harry possibilment jieħu t-tron, minkejja li issa huwa l-ħames fil-linja tas-suċċessjoni.

Skont l-analista Reading, Nostradamus bassar il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II fl-2022 u saħansitra qata’ l-età tagħha b’mod korrett. ‘Ir-Reġina Eliżabetta II se tmut, fl-età ta’ madwar 96 sena’ kien kiteb Nostradamus.

Sadanittant, il-palazz ta’ Buckingham naqas milli jikkonferma t-tip ta’ kanċer, iżda intqal li kemm il-monarka kif ukoll it-tobba tiegħu għadhom ‘pożittivi ħafna’ wara li  bdew kura out-patient.

Iżda l-Palazz Buckingham saħaq li r-Re mhux se jkun qed jaħtar konsulenti tal-istat. Madankollu, il-Prinċep William huwa lest li jieħu hu l-impenji pubbliċi. 

Sport