Tuesday, December 24, 2024

Is-sajf 2024 ikompli jirreġistra aktar rekords ta’ sħana globali

Aqra wkoll

Skont Copernicus Climate Change Service s-sajf tal-2024 kien l-aktar wieħed sħun li qatt ġie rreġistrat fid-Dinja.

Skont l-istess riċerka rriżulta li kien ukoll l-aktar wieħed sħun fl-Ewropa b’1.54°C ogħla mill-medja bejn l-1991 u l-2020, u saħansitra qabeż ir-rekord preċedenti tal-2022.

Minkejja li r-Renju Unit kellu l-aktar sajf frisk mill-2015, ħafna mill-Ewropa esperjenzat sajf aktar sħun mill-medja.

S’issa din is-sena, it-temperatura medja globali kienet 0.7°C ogħla mill-medja tal-1991-2020, li hija wkoll l-ogħla li qatt ġiet irreġistrata.

Għalhekk skont l-istess studju hemm ċans kbir li l-2024 se tkun l-iktar sena sħuna li qatt ġiet irreġistrata globalment.

Id-deputat direttur ta’ Copernicus, Samantha Burgess, qalet li l-avvenimenti estremi relatati mat-temperatura li rajna dan is-sajf se jsiru dejjem aktar intensi.

Madwar l-Ewropa, ir-rekords tat-temperatura nħarġu matul is-sajf bl-Awstrija tirreġistra l-iktar sajf sħun li qatt kellha u Spanja kellha l-iktar Awwissu sħun li qatt reġistrat fil-pajjiż.

Filwaqt li l-attivitajiet tal-bniedem kienu l-iktar kawża sinifikanti għaż-żieda fit-temperatura globali, is-sħana rekord fl-2023 u fl-2024 kienet imsaħħa mill-mudell naturali tal-klima El Niño.

El Niño huwa tisħin naturali fit-temperaturi tal-wiċċ tal-baħar fil-Paċifiku tal-Lvant u għalkemm jidher li dan il-fenomenu ntemm se jkollu mpatt qawwi fuq din is-sena.

Ekonomija

Sport