Wednesday, April 24, 2024

Is-serata tal-Oscars iddominata mill-film “Everything Everywhere All At Once”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Is-serata tal-Oscars 2023 kienet waħda eċċezzjonali fejn il-film kolossali dwar realtajiet differenti fl-univers infinit, “Everything Everywhere All At Once”, kaxkar xejn inqas minn seba’ premijiet Oscars. B’messaġġi ta’ kommozzjoni kemm mill-atturi Jamie Lee Curtis, Ke Huy Quan u Michelle Yeoh, bl-istatwa tad-deheb f’idejhom, dehru emozzjonati għall-aħħar b’dak l-aktar b’saħħtu sar proprju minn Ke Huy Quan. Fuq il-palk dan stqarr li l-vjaġġ tiegħu beda fuq vapur lejn l-“art tal-opportunitajiet” – l-Amerika u b’rikonoxximent għas-suċċess kbir personali li kiseb qal li, “u issa qiegħed hawn”.

Fil-95 serata tal-Premijiet tal-Oscars, li din is-sena kienet l-ewwel waħda li għaliha ma kienx permess li jattendi Will Smith minħabba l-inċident tad-daqqa ta’ ħarta li ta live lil Chris Rock, l-atmosfera kienet waħda ta’ ferħ kbir tant li kien hemm anke min beka. Dan b’mod speċjali l-atturi tal-film rebbieħ b’mod assolut “Everything Everywhere All At Once” li ħa l-premijiet għall-Aqwa Stampa, l-Aqwa Direttur, l-Aqwa Attriċi, l-Aqwa Supporting Actor, l-Aqwa Supporting Actress, l-Aqwa Editing u l-Aqwa Screenplay Oriġinali. 

Dan il-film kien ta’ klassi għalih f’din il-kompetizzjoni prestiġġjuża mtella’ mill-Akkademja. Dan minkejja li kkompeta ma’ films tajbin oħra fosthom “All Quiet on the Western Front, Avatar: The Way of Water”, “The Banshees of Inisherin”, “Elvis”, “The Fabelmans”, “TAR”, “Top Gun: Maverick”, “Triangle of Sadness” u “Women Talking”.

Il-premijiet fil-kategoriji l-oħra kienu: 

  •  Animated Feature – “Guillermo del Toro Pinocchio”; 
  •  Dokumentarju Feature – “Navalny”; 
  •  Live Action Short – “An Irish Goodbye”; 
  •  Ċinematografija – “All Quiet on the Western Front”; 
  •  Makeup u Xahar – “The Whale”; 
  •  Kostumi – “Black Panther: Wakanda Forever”; 
  •  Film Internazzjonali – “All Quiet on the Western Front”; 
  •  Dokumentarju Qasir – “The Elephant Whispers”; 
  •  Animazzjoni Qasira – “The Boy, the Mole, the Fox and the Horse”; 
  •  Production Design – “All Quiet on the Western Front”; 
  •  Original Score – “All Quiet on the Western Design”; 
  •  Effetti Viżivi – “Avatar: The Way of Water”; 
  •  Screenplay Adattat – “Women Talking”; 
  •  Sound – “Top Gun: Maverick”; 
  •  Kanzunetta Oriġinali – “Naatu Naatu, RRR”; u 
  •  L-Aqwa Attur (Lead Actor) – Brendan Fraser fil-film “The Whale”.

Sport