Wednesday, July 24, 2024

Is-sid ta’ Roma, Dan Friedkin interessat li jixtri lil Everton

Aqra wkoll

Is-sid ta’ Roma, Dan Friedkin, ħa­reġ bħala wieħed minn numru ta’ partijiet interessati fit-teħid ta’ kontroll tal-club tal-Premier League, Everton.

In-negozjant Amerikan Friedkin, li għandu valur nett irrappurtat ta’ £4.8 biljuni, qed jimmira għal ftehim ta’ esklussività biex jixtri l-ishma ta’ 94% tas-sid attwali Farhad Moshiri fil-club.

Huwa mifhum li l-MSP Sports Capital u n-negozjanti lokali, Andy Bell u George Downing, li sellfu £158 miljun lit-Toffeemen, qed jimmiraw ukoll għall-akkwist.

Michael Dell, kap eżekuttiv ta’ Dell Technologies, u Kenneth King tad-ditta tal-investiment A Cap huma wkoll fit-taħlita.

Il-ko-proprjetarju ta’ Crystal Palace, John Textor, esprima interess li jixtri lil Everton ix-xahar li għadda u qed ifittex li jbigħ is-   sehem tiegħu ta’ 45% fl-Eagles.

Moshiri kien qabel li jbigħ lill-Blues lid-ditta ta’ investiment 777 Partners ibbażata f’Miami f’Settembru li għadda, iżda wara proċess fit-tul, il-ftehim ta’ bejgħ u xiri spiċċa fil-31 ta’ Mejju.

Ekonomija

Sport