Wednesday, July 24, 2024

David Pace se jikkompeti fl-ITTF World Table Tennis Masters f’Ruma

Aqra wkoll

Il-plejer veteran tat-table tennis David Pace se jkun qed jieħu sehem fl-ITTF World Table Tennis Masters li se jsir fil-belt kapitali Taljana f’Ruma bejn is-6 u l-14 ta’ Lulju. B’kollox hemm madwar 6000 atleta li se jeħu sehem b’Pace li se jkun l-uniku plejer li se jirrappreżenta lil pajjiżu. Hu se jkun qed jikkompeti fis-Singles tal-Irġiel u anke fil-Mixed Doubles ta’ ‘l fuq minn 55 sena flimkien mal-plejer Taljana Roberta Negriolli u l-Men’s Doubles flimkien mal-Iżvizzeru Olivier Stryjski.

Bħalissa Pace qed jintensifika t-taħriġ tiegħu fuq il-mejda fejn apparti dak fiżiku qed jipprepara wkoll psikoloġikament għal dan l-avveniment ferm importanti.

Sadanittant Pace se jsir jaf min se jkunu l-avversarji tiegħu hekk kif il-poloz ta’ dan it-turnament dalwaqt hekk kif fil-jiem li ġejjin telgħin il-poloz uffiċjali.

Ekonomija

Sport