Saturday, December 21, 2024

“Is-sigriet ta’ figolla tajba hija li tkun magħmula minn materja prima”

Il-Pastry Chef Clifford Grima flimkien mat-tim tiegħu mill-Fabbrika tal-Maypole

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-drawwiet tal-Għid ivarjaw minn post għal ieħor fid-dinja Kristjana, u jinkludu l-quddies mat-tbexbix, purċissjoni ta’ nofsillejl, it-tislimiet u l-iskambju ta’ tislijiet tal-Għid, it-tħaddin tal-knejjes u t-tiżjin u t-tkissir tal-bajd tal-Għid bħala komunità.

Hemm ukoll ikel tradizzjonali tal-Għid li jvarja skont ir-reġjun u l-kultura. Pereżempju f’Malta fost l-ikel tradizzjonali tal-Għid ta’ min isemmi l-figolli u l-qagħaq tal-appostli, kif ukoll il-kwareżimal u l-ħelu tal-ħarrub jew il-karamelli fir-Randan.

Propju wieħed mill-fabbrika li fihom isiru l-figolli mill-bidu, jiġifieri mill-proċess tal-butir, jinħmew u jiġu ddekorati bl-icing u bil-bajd taċ-ċikkulata huwa dak tal-Maypole, li jinsab fil-qalbha ta’ Ħal Qormi. Fih jaħdmu ikta minn ħamsin ħaddiema, li kull wieħed u waħda minnhom ikunu qegħdin jagħmlu xi ħaġa patkolari, eżempju jiksu l-figolli. Oħrajn ikunu għassa mal-fran sabiex jiċċekjaw ħalli meta tkun lesta l-figolla joħorġuha u wħud pemezz ta’ diversi dekorazzjonijiet, li jinkludu l-icing u ċ-ċikkulata jiddekoraw il-figolla.

Wara dan ix-xogħol kollu, hemm wieħed mill-pastry chef Clifford Grima, li flimkien ma’ tim sħiħ magħmul minn diversi pasty chefs oħra li ilhom f’din is-sengħa għal perjodu twil ta’ żmien, kif ukoll ħaddiema li jkunu għadhom kif bdew din l-esperjenza sabiħa. Dan it-tim iddedkat, jaħmu u jipproduċu mat-800 figolla.

“Il-Proċess tal-figolla trid tibda mill-materja prima”

F’dan l-perjodu li ninsabu fih, il-fabbrika tal-Maypole ta’ Ħal Qormi tkun mimlija daqs bajda. Dan għaliex ikun hemm chefs li qed isajjru l-figolla mill-bidu u oħrajn li jagħmlulha d-disinn, wħud li jippostjaw kull figolla ġo kaxxa. Ikun hemm ukoll dawk l-individw li xogħlhom huwa li jibdew iqassmu l-figolli fil-ħwienet li hemm imferrxin madwar Malta u Għawdex sabiex jibdew jitgawdew mill-pubbliku.

“Il-Proċess tal-figolla jinvolvi, li l-ewwel trid tiibda mill-materja prima, jiġifieri mid-dqiq, miz-zokkar, mill-bajd. Imbagħad jibda jsir il-proċess tal-għaġina. Imbagħad jitgħadda l-lewż pur biex figolla tkun tajba u imbagħad nagħmluhom fil-forn. Imbagħad għandna l-proċess ieħor, li aħna nsejħulu d-dipping, fejn hemm il-figolli jinksew bil-fondant u ċ-ċikkulata. Fl-aħħar isiir it-tiżjin, fejn hemmhekk intuha l-final touch peemezz tat-tiżjin li normalment inżommu mal-istess rutina”.

Hekk beda biex jispjega, Clifford Grima, pastry chef li ilu naqa mhux ħażin jagħmel dan it-tip ta’ xogħol fil-fabbrika tal-Maypole ta’ Ħal Qormi, mhux biss figolli imma ħafna tipi ta’ ħlewwiet, inkluż dawk tal-festi tal-Milied u tal-Ġimgħa l-Kbira. Sena wara l-oħra, bosta Maltin u Għawdxin jagħmlu użu mill-ħlewwiet li jkunu magħmulha bl-idejn. Għalhekk bħal sena oħra, din is-sena mhix eċċezzjoni. F’din l-intervista ma’ Grima, naraw ftit x’inhu s-sigriet ta’ figolla tajba.

X’inhu s-sigriet għa figolla tajba?

“Is-sigriet tal-figolla hija l-ingredjenti puri”

Grima beda biex jispjegalna li hija faċli immens u sempliċi li wieħed isib riċetta onaljn tal-figolli u sempliċiment jimxi magħha sabiex dak li jkun ikun mhux biss sajjar il-figolla għal tad-dar, iżda anke jkun qatta’ ftit tal-ħin mal-familja billi jsajjru u jiddekoraw f’dan iż-żmien tant sabiħ, speċjalment għal dawk li għadhom kemm jibdew jskopru x’inhi din t-tip ta’ festa.

Irimarka li iżda, wieħed irid joqgħod attent, il-għaliex skontu mhux kull figolla tkun magħmulha minn materja pima. B’materja prima huuwa fisser li jagħmel użu minn butir ta’ kwalita’ u mhux butir li jintuża sempliċiment għall-affariijet ta’ kuljum.

B’referenza għal lewż, Grima qal li dan irid ikun pur ukoll u li wieħed għandu dejjem jagħżel dak li jintżen u mhux dak li jkun issiġillat, jiġifieri tal-pakkett. Dan għaliex, skontu b’tal-pakkettt figolla tkun inqas tajba.

“Iddeċdejna li noħolqu xi ħaġa bil-pistacchio”

Ta’ kull sena l-Maypole tiddeċedi li toħloq xi ħaġa ġdida, bil-għan li tipproduċi iktar prodotti fis-suq Malti u dawk Għawdx, ħalli dak li jkun jagħżel prodott fisk u pur u mhux affaijiet lesti u xi kultant anke ta’ barra.

Grima spejga li kien għalhekk li għal din is-sena, iddeċidew li joħolqu xi ħaġa bil-pistacchio. Kollox beda’ minn idea żgħira li kellu Grima nnifsu u xi pasty chefs oħra, hekk kif innutaw li din s-sena żdiedet id-domanda fis-suq lokali fir-rigward ta’ pistacchio.

Kompla jgħid; “Iddiskutejn dan kollu f’diversi laqgħat li kellna bħala pastry chefs, fejn kull wieħed u waħda minnha ta l-idea tiegħu. Dan għaliex bħala tim nemmnu li xi ħaġa bħal din ma setgħet qatt introdotta b’ħdma ta’ pastry chef wieħed jew tnejn”

“Inkompli nisħaq sabiex ma nitilfux l-ħlewwiet lokali Maltin”

Id-dinja tal-lum saret wisq mgħaġġla tant li ta’ spiss issib individwi li minħabba li jkollhom nuqqas ta’ ħin issibhom jixtru l-ewwel ħaġa li jsibu u mill-eqreb ħanut li jsibu.

Min-naħa tiegħu Clifford Grima ried jagħlaq b’messaġġ importanti dwar it-tradzzjonijiet Maltin, inkluż il-figolli, fejn qal “ kemm huwa importanti li wieħed jaqra sew il-fuljett sabiex jagħmel ċert li l-prodott lokali li jkun qiegħed jixtri ikun pur. Bħal ma spjegajt qabel, il- figolla biex tkun itjeb trid tkun bil-lewż pur u għalhekk inħeġġeġ sabiex il-pubbliku jagħmel l-istess u jaqra sew qabel jixtri”

Ekonomija

Sport