Friday, May 3, 2024

L-aqwa mħuħ fid-dinja f’ħidma biex jinġabar it-tifrik, jinstabu l-kadavri u ssir investigazzjoni

Approvati €55.7 fondi ta’ għajnuna mir-riserva federali…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa l-aħbarijiet ġew iddominati mill-inċident marittimu ikrah li seħħ f’Baltimore fl-Istati Uniti li fih vapur laqgħat u kkawża t-tiġrif tal-Francis Scott Key Bridge, f’Baltimore. Dan wassal biex taqa’ infrastruttura importanti imma agħar minnhekk, ikkawża l-mewt ta’ persuni li kienu fuq il-pont fil-ħin tal-inċident.

Il-ħsara, it-telfa u l-mistoqsijiet warajh huma ħafna u huwa għalhekk li l-President Amerikan Joe Biden approva fondi f’total ta’ €55.7 miljuni bħala għajnuna kif ukoll ra li hemm involuti l-aqwa mħuħ fid-dinja biex jinġabar it-tifrik, jinstabu l-kadavri tal-erba’ persuni rrapportati nieqsa u ssir investigazzjoni intensiva bil-għan li jkun magħruf x’wassal għal din it-traġedja.

Mal-aħbar il-Gvernatur ta’ Baltimore, Wes Moore, qal li quddiemhom għandhom triq twila. Il-flus approvati mill-amministrazzjoni ta’ Biden se jingħataw b’mod immedjata mir-riserva federali. Sadanittantt, inġiniera mill-armata Amerikana diġà bdew ħidma biex imexxu l-akbar krejn li se jintuża biex ineħħi t-tiġrif tal-pont. Dan bil-għan li l-kanal ikun jista’ jerġa’ jinfetaħ bħala rotta għall-merkanzija.

Tiġrif li qiegħed ixekkel il-ħidma biex jinstabu l-kadavri

Moore min-naħa tiegħu qal li, “il-gvern qiegħed jaħdem qatigħ id f’id mal-industrija biex jinvestiga ż-żona, inkluż it-tiġrif u jneħħi l-vapur. Dan ix-xogħol mhux se jitlesta f’temp ta’ ftit sigħat, jew ġranet. Lanqas ġimgħat. Għandna quddiemna triq twila ħafna”.

Fil-fatt huwa rrapportat li hemm 32 inġiniera membri tal-korpi armati li qegħdin fuq il-post janalizzaw is-sitwazzjoni flimkien mma’ 38 kuntratturi tal-qawwa navali li jinsabu f’operazzjoni ta’ salvataġġ. Il-ħsara ikkawżata mill-vapur tal-merkanzija li ħabat ma’ pilastru tal-pont nhar it-Tlieta li għadda hija waħda estensiva. Għaddasa rnexxielhom itellgħu żewġ kadavri mix-xmara Patapsco viċin il-pont l-għada stess iżda uffiċjali qalu li għadhom iridu jneħħu t-tifrik kollu qabel ikunu jistgħu jilħqu l-kadavri tal-erba’ ħaddiema rrapportati nieqsa.

Ħidma biex tinġabar l-informazzjoni kollha

Moore assigura li, “l-aqwa mħuħ fid-dinja qegħdin jaqgħdu l-forżi biex jiġbru l-informazzjoni kollha li għandna bżonn ħalli nkunu nistgħu nkomplu l-ħidma tagħna bla dewmien imma sigura.

Il-21 membru tal-ekwipaġġ tal-vapur, 20 minnhom mill-Indja, huma rrapportati f’qagħda tas-saħħa stabbli. Dan għajr għal wieħed minnhom li sofra ġrieħi ħfief u kellu bżonn xi punti. Min-naħa l-oħra l-vittmi kienu ħaddiema tal-kostruzzjoni li kienu qegħdin jagħmlu tiswijiet fuq il-pont. Dawn kienu mill-Messiku, Guatemala, Honduras u El Salvador. Fil-ħin tal-inċident, huwa rrapportat li tmienja waqgħu fix-xmara u tnejn minnhom ġew salvati.

Dan l-inċident wassal biex il-pont jiġġarraf f’temp ta’ ftit sekondi fejn l-awtoritajiet kellhom biss iċ-ċans li jwaqqfu t-traffiku milli jaqsam iżda ma kellhomx biżżejjed ħin biex javżaw lil dawn il-ħaddiema.

Sport