Sunday, December 22, 2024

“Is-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukrajna qed issir aktar diffiċli”

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li s-sitwazzjoni fil-Lvant tal-Ukrajna kulma jmur qiegħda ssir dejjem aktar diffiċli.

Huwa qal li t-truppi Ukreni qed jiffaċċjaw sitwazzjoni diffiċli ħafna f’tlitt ibliet li huma kkontestati ħafna f’Donetsk – Bakhmut, Vuhledar u Lyman.

Il-Ministeru tad-Difiża tar-Renju Unit qal li s-suldati Ukreni qed jiġu iżolati f’Bakhmut. Dan hekk kif il-Ministru tad-Difiża tal-Ukrajna tenna l-fehma li dan ix-xahar mistennija offensiva ġdida Russa.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Oleksiy Reznikov qal li mhux l-armi kollha tal-Punent se jkunu waslu sa dak iż-żmien, iżda l-Ukrajna kellha riservi biex iżommu lill-forzi Russi.

Reznikov qal li jistenna li l-offensiva Russa antiċipata tagħti prijorità li tieħu r-reġjun kollu tal-Lvant ta’ Donbas u toħloq kurituri fiż-żoni li tokkupa, inkluż il-Krimea, billi tniedi offensivi fin-nofsinhar u l-Lvant tal-Ukrajna.

Il-Ministru tad-Difiża kkonferma wkoll li t-truppi se jibdew it-taħriġ fuq tankijiet Leopard minn nhar it-Tnejn.

Il-kap tal-grupp notorju Wagner tar-Russja qal li hemm battalji ħarxa għal kull triq f’ċerti nħawi ta’ Bakhmut. Il-forzi Russi ilhom xhur jippruvaw jaħtfu l-kontroll tal-belt, biex saret l-itwal battalja minn meta r-Russja invadiet l-Ukrajna kważi sena ilu.

It-teħid ta’ din iż-żona huwa importanti għar-Russja biex tkompli bl-għan tagħha li tikkontrolla r-reġjun kollu ta’ Donbas fil-Lvant tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport