Wednesday, December 25, 2024

Isellmu l-memorja taċ-ċkejken Jake li kien iqum filgħodu anke jekk ma jiflaħx biex iqassam il-ħelu lil kulħadd

Aqra wkoll

“Jake għallimna kif tkun umli, kif ma tieqafx tiġġieled quddiem tbatija kbira, kif tqum kull filgħodu ħerqan biex tgħix, kif tqassam dak kollu li għandek għax f’hekk issib il-ferħ.” 

Dan sostnewh Puttinu Cares hekk kif dalgħodu sfortunatament taw l-aħbar li ċ-ċkejken Jake kien ħalla d-dinja wara li għal dawn l-aħħar xhur kien jinsab rikoverat ġewwa Rainbow Ward.

Puttinu Cares qalu li Jake għallimhom x’inhi l-vera mħabba dik li ma tintemmx, imħabba bla limitu għall-familja. 

Huma tkellmu wkoll dwar kif il-ġenituri tiegħu Jeanelle u Kevin soffrew fis-skiet pero għamlu l-impossibli biex Jake jkun trankwill. 

“Ħajtu kienet talba kontinwa. Jake kien iħobb il-Milied u l-ferħ. Bl-iSweet Shop f’dan iż-żmien kien iqum kull filgħodu anke jekk ma jiflaħx biex iqassam il-ħelu lil kulħadd. Kien iħobb lil Ġesù u għalhekk fi żmien il-Milied issa qiegħed fi ħdanu mingħajr iżjed tbatija,” temmew jgħidu Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport