“Isimgħuna” hija konferenza li qed titella’ f’Dar il-Mediterran li qed tkun organizzata mit-tfal tal-iskejjel kollha f’pajjiżna. Fil-fatt hemm aktar minn 40 skola jipparteċipaw f’din il-kofnerenza.
Id-diskussjoni qed isir mill-Malta ESG Allianc, it-tfal qegħdin jitkellmu dwar diversi suġġetti bil-għan li jżommu ruħhom aġġornati b’dak kollu li jkun għaddej f’pajjiżna.
Għal din il-konferenza hemm mistiedna diversi aġenziji tal-Gvern, kumpaniji privat kif ukoll membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni li kollha qegħdin jisimgħu x’għandhom xi jgħidu t-tfal.
Fost dawk li qegħdin jattendu din il-konferenza hemm il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.