Saturday, May 4, 2024

Isir il-Karnival spontanju tat-tfal f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Briju, ferħ u kuluri. Kienet din l-atmosfera li dwiet mat-toroq ta’ Ħal Għaxaq hekk kif dalgħodu ttella’ l-Karnival spontanju tat-Tfal f’din il-lokalità. F’din l-attività spikkaw għadd kbir ta’ tfal lebsin kostumi tal-Karnival flimkien mal-għalliema tagħhom li wkoll libsu tal-okkażjoni.

F’għodwa mill-isbaħ, kienet organizzata l-parata bis-sehem ta’ bosta skejjel li jiffurmaw parti mir-Reġjun ta’ Nofsinhar. Wieħed seta’ jinnota wkoll karrijiet żgħar magħmula mill-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom, kif ukoll kostumi oħra magħmulin mill-kartun u affarijiet riċiklati.

Fl-istess attività ħadu sehem iż-żewġ baned tal-lokalità sabiex jiddaħħal ukoll l-aspett tradizzjonali. 

Il-Karnival spontanju f’Ħal Għaxaq jissokta pitgħada l-Ħadd u jintemm nhar it-Tlieta, 13 ta’ Frar.

Fil-jiem tal-Karnival, ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq jinkesa minn sħaba ta’ kreattività u briju waqt il-karnival spontanju li l-għeruq tiegħu jmorru lura aktar minn 100 sena u li ntirtu minn ġenerazzjoni għal oħra.

Sport