Isir l-aċċess fil-ġuri ta’ Lorin Scicluna 

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu ssokta l-ġuri ta’ Lorin Scicluna, li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Lassana Cisse u l-attentat ta’ qtil ta’ żewġ immigranti oħra, l-Imħallef Natasha Galea Sciberras, il-ġurati, l-akkużat, il-prosekuzzjoni u d-Difiża żaru diversi postijiet marbuta mal-każ. 

L-ewwel waqfa kienet fuq il-post fejn inqatel Cisse fi Triq tal-Ġebel, Birżebbuġa. L-Assistent Kummissarju Keith Arnaud spjega lill-ġurati s-sekwenza ta’ kif ġraw l-affarijiet tard filgħaxija nhar is-6 t’April 2019.

Waqt din iż-żjara, l-akkużat deher b’rasu baxxuta u mbikkem. Scicluna, eks suldat ta’ 29 sena, qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu. 

L-aċċess issokta f’Raħal Ġdid fejn il-ġurati twaqqfu quddiem garaxx li fih l-akkużat kien iħalli l-karozza tiegħu. L-aħħar waqfa kienet fil-faċiità tal-Pulizija f’Ta’ Kandja fejn hemm miżmuma l-karozza tal-akkużat. 

Il-ġuri jkompli. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport