Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Il-logħob kollu tal-lum fi Spanja pospost b’rispett lejn il-vittmi tal-inċident ferrovjarju

Il-logħob kollu tal-lum fi Spanja pospost b’rispett lejn il-vittmi tal-inċident ferrovjarju

0
44

L-24 partita kollha tat-Tazza Spanjola li kellhom jintlagħbu lllum ġew posposti b’sinjal ta’ rispett lejn il-vittmi ta’ inċident ferrovjarju qrib Madrid, li fih mietu aktar minn 30 persuna.

Skont il-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol (RFEF), id-deċiżjoni ttieħdet b’solidarjetà mal-vittmi u l-familji tagħhom. Fost it-timijiet li kellhom jilagħbu kien hemm Levante, Alaves, Valencia, Celta Vigo u Real Betis.

Real Madrid u Barcelona esprimew il-kondoljanzi tagħhom u s-solidarjetà mal-familji milquta, filwaqt li Real Madrid offrew l-appoġġ tagħhom lis-servizzi ta’ emerġenza.

Il-partiti tal-Ħamis se jintlagħbu kif skedat, iżda għadha ma tħabbritx data ġdida għal dawk posposti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here