Mikel Arteta deher irrabjat ma’ Max Dowman, ta’ 16-il sena, wara li ż-żagħżugħ tkeċċa b’karta ħamra diretta fil-konfront ta’ Arsenal fit-telfa kontra Fleetwood Town fl-Aħħar 16 tal-League Cup.
Skont il-qarrej tax-xufftejn Nicola Hickling, il-coach Spanjol allegatament qallu: “Mur fid-dressing room, Max.” Ir-reazzjoni ta’ Arteta ġiet ikkritikata minn kummentaturi u opinjonisti.
Komuni fil-kritika kienet li Dowman għadu tifel ta’ 16-il sena u bosta sostnew li l-coach kien messu wrieh aktar appoġġ.
Arsenal spiċċaw eliminati 5-3 bil-penalties wara draw ta’ 1-1, wara li lagħbu bi player inqas għall-aħħar ħames minuti.




