Wednesday, October 28, 2026
Home Sport Tiġrijiet taż-Żwiemel: Tnax-il finalista lesti għas-26 edizzjoni tal-Equestrimalta President’s Cup

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Tnax-il finalista lesti għas-26 edizzjoni tal-Equestrimalta President’s Cup

0
78

Kollox lest għal wieħed mill-akbar avvenimenti fil-kalendarju tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta, hekk kif 12-il żiemel ewlieni tal-kategorija Premier jippreparaw biex jikkompetu għall-prestigjuża EquestriMalta President’s Cup.

Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru 2026

4:25pm

Malta Equidrome, il-Marsa

Wara t-tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni u s-semifinali, il-pożizzjonijiet uffiċjali tat-tluq issa ġew ikkonfermati:

1 – In My Way Damgard

2 – Falko de Nouville

3 – Hermes Express

4 – Forrest Gump Set

5 – Farmer Keryvon

6 – Urban Africa

7 – Velvet Gio

8 – Enjoy The Game

9 – Bordeaux S

10 – Fameux Sax

11 – Idem Jihem

12 – Kool des Champs

Se jkun hemm premju rekord ta’ €12,500, b’€6,000 imorru għar-rebbieħ.

Dan il-kampjonat, li ġie introdott għall-ewwel darba fl-1992, qed jiġi sponsorjat minn EquestriMalta għas-sitt edizzjoni konsekuttiva. Ir-rebbieħ ta’ din is-sena se jieħu post DJ SPRITZ, iċ-champion tal-edizzjoni preċedenti.

L-avveniment se jsir taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, li se tattendi l-finali. Dan il-kampjonat prestiġjuż huwa marbut ukoll mal-missjoni filantropika tal-Malta Community Chest Fund.

L-avveniment iwiegħed li jkun ħafna aktar minn sempliċi tiġrijiet; il-programm jinkludi wkoll żona tal-logħob għat-tfal u festin wara t-tiġrijiet.

Tnax-il żiemel. Trofew wieħed prestiġjuż. Min se jiġi inkurunat champion tas-26 edizzjoni tal-EquestriMalta President’s Cup?!

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here