Illum, Luxol St Andrews jibdew l-impenji tagħhom fir-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League, fejn se jaffrontaw liċ-champions tad-Danimarka, Hjørring Futsal Klub.
L-Erbgħa, 28 ta’ Ottubru
4.30pm – ħin ta’ Malta
Luxol St Andrews v Hjørring
Luxol qed jikkompetu fi Grupp 7, flimkien ma’ Hjørring, it-tim Finlandiż Mad Max, u t-tim Taljan L84 Torino, li qed jospitaw it-turnew.
Dan mistenni jkun grupp kompetittiv ħafna, fejn it-tim li jispiċċa fl-ewwel post biss jgħaddi għar-Rawnd tas-16.
L-isfida tal-lum hija waħda ta’ livell Ewropew għoli, hekk kif kemm Luxol kif ukoll Hjørring kienu waslu fir-Rawnd tas-16 tal-UEFA Futsal Champions League fl-istaġun li għadda.
Luxol, immexxija mill-kowċ Gabriel Dobre, se jkunu qed jittamaw li jagħmlu bidu perfett qabel ma jaffrontaw lil Mad Max għada u lil L84 Torino nhar is-Sibt.
Awguri lil Luxol St Andrews hekk kif għal darb’oħra jgħollu l-bandiera Maltija fix-xena Ewropea tal-futsal!




