Fl-isfond tal-gwerra qalila u t-theddid baqa’ wieħed kostanti, sar l-ewwel trapjant tal-qalb b’suċċess fuq tifla ta’ sitt snin fi Kyiv. Dan tħabbar mill-awtoritajiet flimkien mal-IIstitut tal-Ministeru tas-Saħħa fl-Ukrajna aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fl-operazzjoni ta’ tlett siegħat, li saret il-Ħadd filgħaxija, it-tifla ta’ sitt snin ingħatat qalb ta’ tifel ta’4 snin li miet kawża ta’ anewriżmu, jiġifieri xi ħaġa fil-moħħ.
L-Istitut qal li din kienet l-ewwel darba li sar trapjant tal-qalb fl-Ukrajna fuq tfal daqshek żgħar fl-eta. L-istess istitut żied jgħid li l-operazzjoni ukoll kienet waħda unika minħabba l-fatt li anke id-donatur kien żgħir fiż-żmien.
It-trapjant sar minn tim ta’ tobba mmexxi minn Dr Boris Todurov, il-professur li jiffoka fuq il-qasam tad-dipartiment tat-trattament kirurġiku. Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Todurov qal li l-operazzjoni marret bla xkiel u li t-tifla mistennija tibda tirkupra.
Skont informazzjoni maħruġa mill-Istitut tal-Qalb fl-Ukrajna, din is-sena b’kollox saru 23 trapjant tal-qalb fil-pajjiż kawża tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja.