Friday, April 26, 2024

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 36 sena isofri xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum għall-ħabta tal-10:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li sewwieq ta’ mutur tal-għamla Kymco fl-età ta’ 36 sena minn Ħ’Attard ħabat ma’ vann Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 21 minn Pembroke. 

Minnufih issejħu uffiċjali tal-pulizija sabiex jassistu fl-inċident.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li ssejjaħ fil-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza minħabba li sofra xi ġrieħi f’wiċċu.

S’issa, il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjoniiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Sport