Friday, April 19, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ minn fuq il-mutur f’Baħar iċ-Ċagħaq

Aqra wkoll

Sewwieq t’ mutur ta’ 33 sena residenti Ta’ Xbiex sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kmieni dalgħodu tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m. fi Triq Tul il-Kosta, f’Baħar iċ-Ċagħaq. Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Kymco Agility 125 fid-direzzjoni ta’ Buġibba meta seħħ l-inċident.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Sport