Raġel Taljan ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 p.m. fi Triq C. Troisi.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li t-Taljan waqa’ għoli ta’ madwar sular wara li pprova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-proprjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, u aktar tard ħaduh l-Isptar Mater Dei fejn sussegwentement kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.