Wednesday, March 27, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li pprova jabeż fil-gallarija tiegħu mit-tieqa tal-komun

Aqra wkoll

Raġel Taljan ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 p.m. fi Triq C. Troisi.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li t-Taljan waqa’ għoli ta’ madwar sular wara li pprova jaqbeż mit-tieqa tal-komun għall-gallarija tal-proprjetà tiegħu minħabba li kien issakkar barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, u aktar tard ħaduh l-Isptar Mater Dei fejn sussegwentement kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport