Wednesday, April 24, 2024

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem tappella biex jitwaqqfu l-attivitajiet tal-massa, inkluż parties u marċi tal-festa

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija Għal Min Iħaddem (MEA) qed titlob biex jitwaqqfu attivitajiet tal-massa, fosthom parties u marċijiet tal-festa wara żieda fil-każijiet ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19.

Fi stqarrija l-MEA esprimiet id-diżapprovazzjoni tagħhom għal dawn l-attivitajiet u qalet li dawn qed jheddu li jreġġgħu lura u jxejnu kull gwadann li sar fil-konfront tal-pandemija.

Intant aktar kmieni llum l-awtoritajiet tas-saħħa irrapportaw 14-il każ ġdid ta’ Covid-19, biex in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna aktar minn irduppjaw fi żmien 24 siegħa. L-14-il każ rapportat illum huma wkoll l-akbar żieda reġistrata f’pajjiżna għal dawn l-aħħar ġimgħat.

Il-biċċa l-kbira tal-każi reġistrati llum – disgħa – huma relatati mal-party “Hotel Takeover” li żvolġa matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

L-assoċjazzjoni żiedet tgħid li l-industrija tat-turiżmu wkoll se tkun qed tmur minn taħt jekk iż-żieda fil-każi tkun waħda sostnuta, bl-irkupru mill-pandemija se jkun qed jieħu ferm aktar żmien milli antiċipat.

Sport