Raġel ta’ 64 sena residenti Kerċem, Għawdex ittieħed b’emerġenza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li waqa’ min fuq sellum.
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa għalqa li tinsab fi Triq Saguna, s-Sannat, Għawdex.
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular għoli minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzzjoni fuq kamra ta’ għalqa.
Huwa kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.