Taljan ta’ 25 sena residenti l-Gżira kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li għall-ħabta tal-5:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq is-Saqqajja, ir-Rabat.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li ż-żagħżugħ kien qiegħed isuq rota meta għal xi raġuni tilef il-kontroll, waqa’ u ħabat f’siġra.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2021/11/260140914_644309003255541_1506468580359389883_n.jpeg)
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistewh sakemm ittieħed lejn l-Isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.