Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tas-00:45 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li raġel; li l-identità tiegħu għadha mhijiex magħrufa, kien intlaqat minn Toyota Double Cabin li kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera.
Huwa ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li ngħata attenzjoni medika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace, li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.