Żagħżugħ sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta 9:00 a.m kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fiż-Żona industrijali ta’ Ħal Far.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li ħaddiem kien waqa’ minn fuq kontejner tal-merkanzija.
Iż-żagħżugħ, Somalu ta’ 24 sena, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.