Sunday, May 19, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Qrendi, qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ madwar żewġ sulari f’Ħal Luqa.

Kienu għall-ħabta tal-10:00 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq il-Parroċċa minħabba li hemm persuna feruta wara li waqgħet minn għoli. Minn investigazzjoni li saret irriżulta li, għal xi raġuni, ir-raġel waqa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

Sport