Sunday, May 5, 2024

Kersten Graham bis-single ġdida “Maybe Someday”

Aqra wkoll

YouTube video

Il-kantant, mużiċist u kittieb tad-diski, Kersten Graham għadu kemm ħareġ single ġdida bl-isem ta’ “Maybe Someday”. 

Din is-single ġiet iffilmjata fil-White Rocks minn Victor Abela u Kevin Camillieri. Il-vidjo jirnexxilu jaqbad l-emozzjoni, il-weġgħa u r-realtà li tittratta din il-kanzunetta.

Il-produzzjoni tal-kanzunetta saret minn David. Grech f’Sub Studios, bl-esebizzjoni ta’ Graham innifsu, flimkien ma’ Jean Paul Borg u Janice Debattista. 

Kersten Graham beda l-karriera mużikali tiegħu bħala kitarrist iżda issa għamel isem għalih innifsu bħala kantant u kittied tad-diski wkoll. 

Din is-single hi t-tieni waħda li qed joħroġ wara dik ta’ Jannar bl-isem ta’ “The Blues”. 

Kersten mhu marbut ma’ ebda formula mużikali u fil-fatt ħareġ b’din is-single li hi kemmxejn differenti għaż-żminijiet moderni li qed ngħixu fihom. B’passjoni u b’mużika mill-isbaħ fuq il-kitarra, jwassal l-emozzjoni ta’ din il-kanzunetta, flimkien ukoll mal-leħen partikolari tiegħu. 

Sport